Ceremonja bin-Nirien Ta’Hekate
Translation into Maltese by Rose Caruana.
Preparazjoni
Sib post mistur u għall-kwiet fejn tkun tista ticcelebra ic-ceremonja bla ma ħadd ma jtellfek. Għandek bzonn xemgħa ( jo kwalunkwe forma jew simbolu li jiraprezenta n-nar bħal musbieħ,lampa jo ħuggiega!) ikollok bzonn xi ftiela,sulfarini jew lighter biex tkebbes in-nar. Kun cert li ix-xemgħa tkun gdida, nadifa u preferibilment ikonsakrata bl-intenzjoni ta’ dan ir-ritwal.
Bidu
Sib puzizzjoni komda,hu nifsijiet fil-fond sib ic-centru tiegħek u minnu ikoncentra li issib punt ta’ bilanc , bilanc bejn il-moħħ,il-qalb, ir-ruh u il-gisem fiziku. Min dan il-punt prezenta lilek innifsek li dinja, b’wiccek bil-quddiem, lilek innifsek bis-sbuħija kollha tiegħek, minn gewwa u minn barra. Hu nifsijiet profondi, sib il-vuci tieghek, vuci soda u b’saħħitha li ha tlissen kliem ta’ verita, u intenzjonijiet puri. Hu nfsijiet fil-fond u esprimi il-liberta u l- ħelsien li jinsabu f ‘ qalbek ħalli trawem saħħa lil intenzjonijiet tieghek.
Poggi idejk it-tnejn fuq sidrek sabiex tħoss tliet taħbitiet ta’qalbek, is-swaba li tiponta bieħ u dak tan-nofs mqabdin flimkien ressaqhom lejn xufftejk ghall-tlett taħbitiet ta qalbek, u imbad tellagħom fuq mohhok ghall-tlett taħbitiet ta’qalbek. Ghaqqad idejk ponnijiet u tellagħom fuq rasek, bi driehajk stirati il fuq lejn is sema’. Iftaħ il-pali ta’jdejk wicchom iħarsu lejn is-sema filwaqt li bil- ħlewwa ressaq idejk ix –xellugija fil-leminija flimkien ressaqhom wicchom l-isfel filwaqt li tinvoka Lilha Alla Kbira.
Invokazzjoni-
Insejjahlek Sultana Tal-artijiet, tas-semgha u lil hinn minnhom
Insejjahlek kif inti mistura bis sigrieti u l misteri tieghek tal -lejl u ta’ bi nahar
Nsejjahlek mid-dijja tal-qamar u nsellimlek mid dellijiet li tarmi x-xemx
Nsejjahlek ħallieqa tal- ħajja, tal-mwiet u ta’ kull qawmien
Nitolbok għammarli ruħi u illuminani bid dehen tiegħek.
Sinjura tat Tlett Xbhijat
Nitolbok, Sinjura li tostor u twitti it –triq għall-erwieh mitlufin.
Fawwarna bil-għerf tiegħek msawwar mill-istillel.
Ghajn ta’ dijja aħsilna bin-nirien il-kwiekeb tiegħek u eħlisna mid-dlamijiet.
Regina tas –Saltniet mwera! Alla Hallieqa ta’dawl wisq sabieħ.
Lissen issa dak kollu li hu mistur!
Fjamma,Omm il-art! Sultana tas-Smewwiet!
(Għolli idejk it-tnejn wicchom il-fuq għall tlett sekondi u nizzilhom bil-mod iħarsu l-isfel sa ma’ tmiss l-art.
Poggi bil-qegħda bix-xema quddiemek u lesti biex tkun tista tkebbisa.
Hu tlett nifsijiet fil-fond a ħalli is sensi kollha tieg ħek jinfethu u jassimilaw.
Lissen-
“ Hekate , sieħba u gwida tal-Misteri nixghel din il-fjamma f’gieh ismek! (Ixghel il-Fjamma)
Dan id-dawl jinseg il-kwiekeb u il hagar, is-smewwiet u l-Art
B’din id-dijja nesprimi ix-xewqa tieghi li ninata aktar dehen dwar dawn il- misteri tieghek
Askei Kataskei Erōn Oreōn Iōr Mega Samnyēr Baui (lissen 3 darbiet) Phobantia Semnē,
O kbira Hekate ,Inti li tnisseg il-milja tal-istillel inti li issaltan fuq ic-cikli tal-ħajja
Mexxini fil-moghdija ta’ għarfien
Minn salib it-toroq għall-iehor
Dawk li tieghek huma uliedek fid-dwalijiet tieghek u fil-muftihan tieghek dejjem għax hekk miktub dejjem issibu lil xulxin.”
Bil-kwiet hares lejn il-fjamma titlijeb u tnemnem, ħallija twensek u iffoka fuq il-bidla fil kuluri hi u tilagħab maz-ziffa tan-nifs tiegħek. Innota ill kuluri mixħuta safrana,hamranin,bajdana, koħol u sewdinin. Jekk tħoss il-bzonn uza dan il-waqt u il-fjamma tax-xemgha biex timmedita u tara xi vizjonijiet. Tista’ ukoll titfi il-fjamma u zommħa bhala tifkira. Wara illum storr u gorr il-fjamma ta’ Hekate gewwa ruħek, mill-llum il-quddiem għix il-granet tiegħek bid-dijja taghha tlellexx min go fik.
Lissen
“ Mil-llum nifdi id-dubji minn go fijja, bis-saħħa ta’din il għaqda tiegħaj miegħek fis-skiet u fis-satra
Inħoss id-dijja tiegħek titkatar go qalbi, inoħss id-dehen tiegħek mnaqqaxi fuq moħħi
Jiena tal-Misteri tiegħek studenta!”
Itfi il-fjamma, poggi idejk it-tnejn uq sidrek ghall-tlett sekondi, is-swaba flimkien fuq xoftejk ghall-3 sekondi, u fuq moħħok ghall-3 sekondi. Iftaħ idejk lejn is-sema u nizzilhom sa ma’ tmiss l-art.
[Copyright Notice]
Dan ir-ritwal gie miktub b’ringrazzjament u celebrazzjoni kif twettaq il-Ktieb Her Sacred Fires and as an act of Devotion to the Goddess Hekate. Permess huwa mogħti biex dan ir-ritwal jigi utilizat u adattat ghall-uzu personali jew fi grupp. Dan ir-ritwal huwa msawwar biex jintuza kif inhu madankollu jista jigi uzat f’ceremoniji aktar kumplessi u huwa ritwali li-jista jintuza minn gruppi diversi involuti fl-okkult.Kull minn juza dan ir-ritwal huwa responsabli mill-konsegwenzi (jo nuqqas taghom!) aldaqstant il-kittieba m’ghandiex tigi meqjusa responsabli ghal xi konsegwenzi mhux mixtieqa. Dan ir-ritwal jista jigi ikkupjat mingħajr laħs f’kull form bil-kundizjoni li biex ma jsirx qliegħ minn fuqu u li it-tipa originali tibqa intata. Ghall-aktar għarfien zur is-sit eletroniku www.hekatecovenant.com
(c)Sorita d’Este, 2010