Translation into Maltese by Fabian Law.
Maltese
Malti- Ir-Ritwal tan-Nar Imqaddes tagħHa
(The Rite of Her Sacred Fires in Maltese)
- Preparazzjoni:
Sib mument u ħin allokat fejn inti tista’ tinqata’ għal-kwiet mingħajr telfien. Jkollok bżonn xemgħa (jew xi forma oħra ta kontenitur biex tixgħel in-nar fih) u għodda biex tqabbad in-nar. Jekk trid, tista’ ukoll tikkonsagra x-xemgħa u xi oġġetti oħra li ħa tibqa’ tuża’, għal-għanijiet personali tiegħek, jew tista’ ukoll tara’ li l-spazju li ser tuża, jkun nadif.
- Preludju
Bi tħejjija għal-dan ir-ritwal, sib pużizzjoni komda, ħu nifs fil-fond u sib dak il-bilanċ u s-serħan, fil-menti, fl-ispirtu u fil-ġisem, biex b’hekk tkun imħejji sew bi kburija u bi sbuħija quddiem id-Dinja. Ħu nifs fil-fond u sejjaħ il-ħelsien f’qalbek, biex b’hekk tkun tista’ tesprimi lilek innisfek aħjar b-intenzjoni pura u b’saħħa x-xewqat tiegħek.
Poġġi idejk fuq qalbek (tliet taħbitiet tal-qalb), b’idek id-dominanti, poġġi subgħajk il-werrej u tan-nofs fuq xofftejk (għal tliet taħbitiet tal-qalb), umbgħad poġġi subgħajk fuq ġbinek (tliet taħbitiet tal-qalb). Issa agħlaq is-saba’ l-kbir ta’ idejk it-tnejn (ponn) u erfa’ idejk lejn is-smewwiet.
Iftaħ il-pali ta’ idejk u żomm idek ix-xellugija tħares il-fuq, waqt li ddawwar il-pala ta idek il-leminija, niżżilha maġenbek.
- Invokazzjoni
“Insejjaħlek, Sinjura tas-Sema, l-Art u l-Baħar,
Bil-Misteri tiegħek tal-Lejl u tan-Nhar,
Bid-Dawl tal-Qamar u d-Dell tax-Xemx
Insejjaħlek, Sinjura tal-Ħajja, tal-Mewt u tal-Qawmien
Oħroġ u xxerref mid-dlamijiet ħa nrejjaq Ruħi u niddiehen,
Sinjura Tletija tat-tliet mogħdijiet
Nitolbok, Sinjura tal-Imfietaħ tal-Erwieħ mistura,
Biex twassal lilna, l-Għerf minn-qalb il-kwiekeb
Biex tibgħat fuqna id-dawl kewkbieni minn qalb il-medda tad-dlamijiet,
Int li Ħlaqt id-Dawl!
Alla ta’ l-Inferi! Reġina tad-dawl!
Semmgħali l-għarfien!
Ħlejqa tan-nirien! Tal-Art! Reġina tas-Smewwiet!”
[Ogħlli jdejk lejn is-smewwiet (tliet taħbitiet tal-qalb) u wara, niżżel idejk l-sfel ċatti mal-art]
[poġġi quddiem ix-xemgħa u ħejji ruħek biex tixgħelha]
[ħu tliet nifsijiet fil-fond u qajjem s-sensi tiegħek]
Għid:
‘’Hekate, sieħba u gwida tal-misteri
Nixgħel din il-fjamma qaddisa ad unur tiegħeK, [Ixegħel]
Id-dawl li jagħaqqad il-kwiekeb u l-ħaġar, is-sema u l-art,
B’dan in-nar, nesprimi ix-xewqa għal-aktar għarfien tal-misteri tiegħek.
Askei Kataskei Erōn Oreōn Iōr Mega Samnyēr Baui (3 darbiet) Phobantia Semnē,
Kbira Hekate, li tinseġ l-għanqbuta kewkbiena tas-smewwiet u li tmexxi ir-rota tal-ħajja,
Mexxini lejn mogħdijiet ta’ għarfien,
Minn Salib it-toroq għal-Salib it-toroq,
Kebbiesa tan-nar u l-gwardjani tal-imfietaħ tal-misteri tiegħek, għal dejjem isibu lil-xulxin”
Poġġi quddiem ix-xemgħa u osserva ċ-ċaqliq tal-fjamma u iffoka fuq l-ilwien li qiegħda tarmi, l-isfurija, l-ħmurija, l-ikħal, il-bjudija u l-iswidija. Jekk trid, tista’ ukoll tiddeċiedi li tqatta’ dan il-ħin f’meditazzjoni, biex tkun tista’ tbassar xi sinjali jew simboli sinifikanti.
Tista’ ukoll titfi x-xemgħa u terfagħha.
Żomm lilek innifsek illuminat f’din il-ġurnata, bir-raġġi sbieħ tal-misteri tal-fjamma Sagra ta’ Hekate, tħeġġeg f’qalbek!
Għid:
“Inkeċċi issa minn moħħi, id-dellijiet tad-dubju,
Megħjuna bis-skiet u l-kenn tal-għaqda tagħna
Nogħożż id-dijja dehbiena tiegħek f’qalbi,
U l-gloria tal-għerf tiegħek fuq ġbini,
Jien dixxiplu tal-misteri tiegħek.”
Itfi il-fjamma, u poġġi idejk fuq qalbek (tliet taħbitiet tal-qalb), b’idek id-dominanti, poġġi subgħajk il-werrej u tan-nofs fuq xofftejk (għal tliet taħbitiet tal-qalb), umbgħad poġġi subgħajk fuq ġbinek (tliet taħbitiet tal-qalb).
Ogħlli jdejk lejn is-smewwiet u inżel miss l-Art.